Wednesday, November 30, 2022

IL-PONT literary magazine - December 2022

IL-PONT ta' Diċembru 2022 - nu. 69


Issibu l-Editorjal, Aħbarijiet mid-dinja tal-Letteratura, Reazzjonijiet mill-qarrejja.

Inklużi intervisti ma':

1. Patri Charlò Camilleri dwar il-ġabra ta' poeżiji ta' Patri Feliċjan Bezzina bl-isem ta' BIL-LINKA TFAWWAR POEŻIJI;

2. Christine Bajada dwar il-ktieb ITTRA LIL TARBIJA LI QATT MA TWIELDET ta' Oriana Fallaci;

3. Gordon Caruana dwar il-ktieb TIFKIRIET MINN FOMM IL-POPLU;

4. George G. Buttigieg dwar il-ġabra ta' rakkonti u poeżiji CIGAR SMOKE;

5. Irene Chias dwar ir-rumanz ESERCIZI DI SEVIZIA E SEDUZIONE.

Sergio Grech jikteb dwar Walter Żahra, Philip Borg jikteb dwar Enzo Biagi, filwaqt li ssibu wkoll dawn ir-reċensjonijiet:

1. ir-rumanz FUQ IL-PALK TAL-ĦAJJA ta' Alfred Massa;

2. il-ktieb dwar l-ilsien Malti bl-isem ta' IL-ĠRAJJA SSIR KELMA ta' Charles Briffa;

3. il-ġabra ta' novelli L-EKU TAL-ĦABBATA ta' Joe Camilleri.

Insibu wkoll kitbiet ta' Victor V. Vella, Alfred Reale, Mario Attard, Mary Chetcuti, Gabriel Lia, Anthony Farrugia, Amanda Busuttil u Rita Gatt.

Patrick Sammut jikteb esej ta' natura letterarja dwar it-tema tal-FAMILJA f'poeżiji ta' Oliver Friggieri fil-ġabra MAL-FANAL HEMM ĦARSTEK TIXGĦEL.

Insibu wkoll numru ta' poeżiji miktubin minn poeti Maltin: Manuel Casha, Joe M. Attard, Charles Bezzina, Carmel Scicluna, Stephen Cachia, Joseph Bonnici, Louise Vella, Edward Bonello, Carmel G. Cauchi, John P. Portelli, Jane Micallef, Salv Sammut, Maria Pace Spadaro, Piu Spiteri, Noel Cachia u Mario Griscti.

Inklużi huma wkoll poeżiji ta' poeti barranin: Arbind Kumar Choudhary (L-Indja); Dimitris P. Kraniotis (Il-Greċja); Hsu ChiCheng (Iċ-Ċina). 

Inkluża anki informazzjoni dwar għadd ta' kotba:

1. ir-rumanz ANĠLI U XJATEN ta' Ben Agius;

2. ir-rivista Knisja elfejn nu. 141 bl-isem ta' LEJN KNISJA SINODALI;

3. il-ġabra ta' poeżiji bit-Taljan (tradotti għall-Ingliż ukoll) SCOPERTE E GUGLIE. EMOZIONI TRA LE FOGLIE ta' Natalino Carmel Pennisi;

4. il-ġabra ta' poeżiji ŻABBARIJA T-TUT u l-antoloġija ta' poeżiji miktubin minn poeti barranin maqlubin għall-Malti ILĦNA BARRANIJA, it-tnejn ta' Karmenu Mallia;

5. il-volum STORJA U KULTURA ĦAŻ-ŻABBAR 2022, editjat minn Malcolm Schembri;

6. il-ktieb NOISE. THE PROFILE OF A CULTURAL DISORDER ta' Jacob Burak;

7. il-ġabra ta' poeżiji L-GĦANJA TAT-TIFKIRA, Vol. 2 tal-Kav. Joe M. Attard.

https://issuu.com/patrickj.sammut/docs/il-pont_di_embru_2022