Friday, October 20, 2023

IL-PONT virtual literary magazine - October 2023 is out

 IL-PONT huwa rivista letterarja virtwali li ilha toħroġ sa mill-1912. Issa waslet fl-74 edizzjoni tagħha.

Fiha wieħed isib l-Editorjal, Aħbarijiet mid-dinja tal-letteratura, reazzjonijiet tal-qarrejja, intervisti ma' kittieba Maltin u barranin, kontributi letterarji u kritiċi varji minn kontributuri differenti, poeżiji bil-Malti u b'ilsna oħra, reċensjonijiet u taqsima ddedikata lill-kotba, ħafna minnhom li jkun għadhom kemm ġew ippubblikati.

ĦOLQA/LINK:

https://mega.nz/file/wdYgAJDI#DpGzzWgX6emI-XZN1I15dvHMW_03XqP1QHHigMiRVDc

Għal min jixtieq jara edizzjonijiet tal-passat:

https://issuu.com/patrickj.sammut

Min ikun jixtieq jibgħat xi kontribut minn tiegħu jista' jikteb direttament f'dan l-imejl:

il-pontliterarymagazine@gmail.com 

Monday, February 6, 2023

IL-PONT - Rivista Letterarja Virtwali - FRAR 2023, no. 070

Fih issibu l-Editorjal, Aħbarijiet mid-dinja letterarja, Reazzjonijiet tal-qarrejja, u 4 intervisti:


mal-poeta u ħajkista Noel Cachia;

mal-poeta Maltija-Awstraljana Annamaria Weldon;

mal-kittieba Taljana Emanuela Bernascone;

mal-poetessa Marlene Saliba.

Inklużi wkoll reċensjoni dwar il-ġabra ta' novelli L-Eku tal-Ħabbata ta' Joe Camilleri, traduzzjoni minn xogħol tat-Taljan Giulio Carcano, minn Mario Attard, kitba dwar Boris Pasternak minn Victor V. Vella, u kitbiet ta' Emmanuel Attard Cassar u Patrick Sammut.

Bħal dejjem, issibu wkoll numru ta' poeżiji kemm bil-Malti, kif ukoll b'ilsna oħra, mill-pinna ta' poeti Maltin u barranin.

L-aħħar paġni huma ddedikati għal kotba li ħarġu dan l-aħħar.

https://mega.nz/file/UIgzlRAY#b0mudZOmOahuj3dM1MFNtiNWtZwBDMiTHwrtOdDPOhU