Monday, February 6, 2023

IL-PONT - Rivista Letterarja Virtwali - FRAR 2023, no. 070

Fih issibu l-Editorjal, Aħbarijiet mid-dinja letterarja, Reazzjonijiet tal-qarrejja, u 4 intervisti:


mal-poeta u ħajkista Noel Cachia;

mal-poeta Maltija-Awstraljana Annamaria Weldon;

mal-kittieba Taljana Emanuela Bernascone;

mal-poetessa Marlene Saliba.

Inklużi wkoll reċensjoni dwar il-ġabra ta' novelli L-Eku tal-Ħabbata ta' Joe Camilleri, traduzzjoni minn xogħol tat-Taljan Giulio Carcano, minn Mario Attard, kitba dwar Boris Pasternak minn Victor V. Vella, u kitbiet ta' Emmanuel Attard Cassar u Patrick Sammut.

Bħal dejjem, issibu wkoll numru ta' poeżiji kemm bil-Malti, kif ukoll b'ilsna oħra, mill-pinna ta' poeti Maltin u barranin.

L-aħħar paġni huma ddedikati għal kotba li ħarġu dan l-aħħar.

https://mega.nz/file/UIgzlRAY#b0mudZOmOahuj3dM1MFNtiNWtZwBDMiTHwrtOdDPOhU